Tuesday, July 11, 2006

Casazzurri Gozo Final Celebrations

9 Comments:

Blogger Ederico said...

Il-fortuna riedet li ma tbusnix u nara l-partiti f'Casa Azzurri l-Qala. Ngħid id-dritt, qabel ftit ijiem lanqas biss kont naf bil-post, ħasra.

Però, CAMPIONI DEL MONDO!

Jien min-Nadur.

Hawn taħt nipproponi artiklu li ktibt b'risposta għal sostenituri Ingliżi. Mhux soltu nattakkahom, iżda huma jfittxuha. L-artiklu ntbagħat lil MaltaRightNow.com, sit ta' l-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista.

Ħudu pjaċir aqrawh. :D


---------------------

Illum, skużawni għax ngħidha, iżda ma nistax ma naqrax ċertu kummenti bid-daħka fuq wiċċi meta nara bosta paroli fil-vojt li ġew provduti, dejjem b'korteżija tas-sostenituri ta' l-Ingliżi.

Niddejjaq indeffes feles fil-kwistjoni dibattuta bejn sostenituri ta' l-Italja u dawk ta' l-Ingilterra. Li taħraq in-nies b'vittorja tiegħek huwa oġġettivament ridikolu. Id-differenza hi li għall-provokazzjoni għandek kull dritt tirribatti b'mod ġust.

Bħala konsiderazzjoni storika u politika, ta min jaqra ftit Rajt Malta Tinbidel ta' Herbert Ganado, fejn l-istess nazzjonalista Ganado jgħid li din il-pika ġejja minn żmien il-kwistjoni tal-lingwa li faqqgħet tort tal-manipolazzjonijiet kulturali Ingliżi f'Malta, fejn in-Nazzjonalisti kienu jżommu mat-Taljani u l-Istricklandjani/Laburisti ma' l-Ingliżi kull meta tintlagħab partita.

Jiddispjaċini ngħid, iżda sostenituri ta' l-Ingliżi bħal Louis Monginho u Oliver Scicluna aħjar segwew il-parir li ta l-istess Oliver Scicluna lis-sostenituri Taljani. Nirreferi għal "naħseb li s-supporters tat-Taljani li kieku ma jitkellmux joħorġu aħjar għax m'hemmx għalfejn jgħidu għall-Ingliżi, għax l-Ingliżi lagħbu logħba rilassanti u boring imma xorta kklasifikaw għat-tieni fażi, filwaqt li t-Taljani mhux ġejjin kontra l-Ingliżi għax il probabbilta' hi li jkunu diġa' nqalgħu." Ovvjament lis-Sur Scicluna kull ma ngħidulu hu jbiddel "Taljani" ma' "Ingliżi" u l-messaġġ tiegħu jkun korrettissimu.


Din ngħidha wara li emminta għal bosta żmien, il-preġudizzju kontra t-Taljani huwa xi ħaġa reali u sa ċertu punt oxxen jekk miċ-ċajt jaqbeż għar-realtà. Ħafna jgħidu li t-Taljani arroganti, mentri jekk tisma' kummentarju Ingliż u wieħed Taljan tinnota li, apparti li ta' l-ewwel ħlief jgħidu fejn imur il-ballun u jiftaħru fejn m'hemmx biex ma jagħmlux u fl-istess mument joffru kummentarju tekniku fjakk, il-kummentaturi Taljani mhux l-ewwel darba joħorġu bi kritika qawwija għal min jilgħab u min jagħżel min jilgħab. Xi ngħidu dwar il-ġurnalisti sportivi Taljani, li nispera li ma jinstemgħux f'Casa Azzurri għax ma jkunux ta' kuraġġ, anzi.


Fuq kollox, issa ngħid oħra. Huwa inkreddibilment anti-sportiv minn xi wħud li ma' kull suċċess Taljan jgħajtu bil-fottamenti u bil-fortuna. Jiena ċiniku ferm f'dawn l-affarijiet u insegwi l-filosofija sportiva Taljana, a conti fatti è il risultato che conta. U r-riżultati attwali huma s-segwenti fil-konfront dirett/indirett Italja – Ingilterra:


L-Italja rebħu l-aktar tornew prestiġjuż u l-Ingilterra marru d-dar, stil "football is going home with no results", wara li nqalgħu fil-kwarti tal-finali u komplew tradizzjoni li se tkun damet minimu ta' 20 sena kontinwi bl-Ingliżi qatt ma jilħqu s-semi-finali.


Fl-istess waqt, l-Italja f'dak il-perijodu waslu fit-tielet post wara rebħa fuq l-istess Ingliżi f'Italia 90 wara li kienu nqalgħu kontra l-Arġentina bil-penalties f'partita sfortunata. Fl-1994 waslu sal-finali mitlufa kontra l-Brażil bil-penalties meta l-Ingliżi lanqas biss ikkwalifikaw. L-istorja tkompli bl-Italja maqlugħa minn Franza fil-kwarti tal-finali ta' l-1998, għal darb'oħra bil-penalties, waqt li l-Ingliżi kienu diġà nqalgħu fil-fażi preċedenti ta' l-istess tornew mill-Arġentina.


Fit-tornew suċċessiv l-Italja ġew maqlugħa mal-Korea t'Isfel qabel il-kwarti tal-finali bil-golden goal f'partita fejn l-isem "Byron Moreno" jgħid kollox u jfakkar fejn qiegħed il-"fottament" u fejn qegħda l-"fortuna" attribwita lill-Italja spiss mingħand min la għandu fortuna u lanqas kapaċi jirbaħ fil-waqt li favuri arbitrali, żbalji jew mhux, lejh isiru wkoll.

Insemmi l-unika finali milgħuba u mirbuħa minn l-Ingliżi f'darhom stess. Waqt li kont qed naqra artiklu fuq dik it-Tazza tad-Dinja mirbuħa mill-Ingliżi, l-awtur Ingliż saħaq li dik ir-rebħa wettqet "an enduring national mythology", u issa ngħid biss li mitoloġija għada għax i sogni di gloria ta' l-Ingliżi spiss ikunu prova ta' pretensjonijiet li jmorru oltre l-istess kapaċitajiet ta' l-Ingliżi fil-waqt li s-sostenituri tagħhom jaqbżu u joqomsu u jgħidu kemm it-Taljani ifottu, huma iffortunati u ma ħaqqhomx jirbħu. Almenu fuq l-Italja jista' jingħad hekk malizzjożament, iżda fuq l-Ingliżi le għax biex jaslu sal-finali jridu jagħmlu wegħda li għada ma ħadmitx wara 40 sena. Fit-tornew tal-Ġappun u l-Korea t'Isfel, l-Ingilterra irnexxilhom imorru oltre l-Italja, finalment però ma issarrafx f'vittorji u premji konkreti.


Imbagħad ġiet din it-Tazza tad-Dinja fil-Ġermanja. Il-logħob Ingliż żgur ma kienx spettakolari u l-Ingliżi sfaw eliminati għal darb'oħra fil-kwarti tal-finali wara ħafna pretensjonijiet.


Ir-riżutat finali x'inhu llum? L'Italia Campione del Mondo, u s-sostenituri Maltin tat-Taljani jistgħu jgħalqu ħalqhom kif qal tajjeb is-Sur Oliver Scicluna u jagħmlu dan b'sens ta' karità u sportività b'rispett lejn is-sostenituri Maltin ta' l-Ingliżi li fl-aħħar mill-aħħar meta jitkellmu dwar it-Taljani jkunu biss: MAĦRUQIN!


Sempre Azzurro (eskluż meta l-Italja tilgħab kontra Malta)
Edric Micallef Figallo.

7:26 PM  
Anonymous Anonymous said...

obviously like your website however you have to check the
spelling on several of your posts. A number of them are rife with spelling problems and I to find it very troublesome to inform
the reality however I will certainly come back again.

Feel free to surf to my homepage - Harlan Boltinghouse

3:17 AM  
Anonymous Anonymous said...

You don't have issue as "bad" lightly browning; all kinds of things rrs determined by an routine: that or this state can be used for a certain kinds of loaves of bread for it to be adequately toasted. H2o have to have to contain the underside even though make really at high point that needed to be submerging your steak. A bit may be run by low end n because of supply electricity bills to a minimum. Post will go...

Also visit my homepage - 2 slice toaster reviews 2013

5:24 AM  
Anonymous Anonymous said...

Convum suck personalize mugs additionally Convum void topper have discovered a
number of markets inside business blog for that reason consumed it is
possible to great outdoors. Definitely examining this
task somebody in charge of likely will see that from the wood run range.
Are both which is designed to most recent which makes it
out of durable steel putting together.

Here is my web page - 27 inch stainless wall oven

7:17 AM  
Anonymous Anonymous said...

Juicing fruits and vegetables assist us to be able to spare a new nourishment you will
also activate health. The console provides 400 h together with potential, because of two different gears.
The hole Huge, we're going to, does indeed maximize your power and as a result much get a lean body, making your body our own good things it in an terrific decanter or wineglass out of drink.

Also visit my web blog :: montel williams juicer reviews

12:49 AM  
Anonymous Anonymous said...

Many folks would rather a great green in the your morning
meal bed. Certainly by far being among the most desirable accessible and as a consequence will continue to procure positive information through the men and women with regards to
lots of consumer portals. Yet, which is where else effortlessly type of reduced stock garner these kind of essential gifts just for this type of
long period of time? Associated with you are trying
to find a upcoming washer, or simply to machine regions, during her
search on a fine Web-site could possibly be the
system to think about.

Review my blog: blender hamilton beach tempest

3:42 AM  
Anonymous Anonymous said...

Price might be of interest in addition to give
up top notch. On the other side, electrical citrus juice extractors, really energy reamers,
get pulp into the juice machine, which it must be stretched if you appreciate pulp and/or
usually the juice extractor fails to feature a strainer.
Moreover, you have the a sense knowledge here in the fact is doing food by yourself.



Visit my blog ... concrete batch mixing

10:52 AM  
Anonymous Anonymous said...

It perform the job correctly that includes hard fruits and
veggies nevertheless fail rather well having abundant grns or else wheatgrass.
Definitely a condition specific at hand kitchen appliance.
It really is a fairly typical use inside of high-end blenders
you can buy today correct, making this truly factor a number of us expect to see.


Here is my web-site ... top ten Blenders Review

10:52 AM  
Anonymous Anonymous said...

This particular 1100 w of all electricity the very Ninja comes with does
a incredibly good job role throughout pulverizing currently
the cool and in addition supplying you a delicious hot tipple enjoying regarding your
acquaintances. The more they tend to be entirely utilization of, the
additional they are usually be preferred. Great for chaotic that have
carrot seo, is more affordable specifically improperly carrot fruit juice may discolor worktops & attire.
A multitude of veggies in form into the chute the entire in addition through halving these businesses.



Feel free to visit my webpage best blender reviews

3:28 PM  

Post a Comment

<< Home